Futbol Sport

National Amateur League: Faċli għal Rabat A kontra Mdina K……Giovanni Galea jsalva punt għal Msida SJ

It-Tnejn intlagħbu l-aħħar żewġ logħbiet mill-ewwel ġurnata ta’ grupp B tal-Amateur League. Msida St. Joseph u Għargħur ħadu punt kull wieħed wara draw ta’ 2-2. Kienu Msida St. Joseph li fetħu l-iskor fit-53 miunta minn Jean Pierre Mifsud Triganza, b’Għargħur iwettqwu rimonta u jiskurjaw żewġ goals f’temp ta’ seba’ minuti. Kien Matthew Borda li skorja fit-62 minuta, filwaqt li fid-69 minuta Toufik Belaissoui poġġa lil Għargħur fil-vantaġġ. Fid-89 minuta, Giovanni Galea skorja l-goal tad-draw u salva punt lil Msida St. Joseph. Għargħur temmew il-logħba b’għaxar players meta fit-93 minuta tkeċċa Robert Ciantar.

F’logħba bejn ta’ barra u ġewwa s-swar, kienu Rabat Ajax li ħarġu rebbieħa kontra Mdina Knights bl-iskor ta’ 3-0. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet mingħajr goals, kien Maverick Cassar li fetaħ l-iskor fis-56 minuta, filwaqt li Miguel Aquilina rdoppja fil-81 minuta. Fil-ħin mogħti żejjed Kurt Agius skurja t-tielet goal għall-ewwel rebħa tal-istaġun.