Lokali

AĠĠORNATA: Kienu qed jokkupaw binja b’mod illegali

Numru ta’ residenzi fi blokka bini fi Triq Ħal Qormi fil-Ħamrun gew evakwati wara intervent minn ufficjali tal-housing.

Dan ir-raid beda għall-ħabta tal-10am, għaliex instab li kien hemm individwi qed jokkupaw partijiet minn din il-binja b’mod illegali. Fil-fatt, numru ta’ persuni kienu qegħdin jghixu f’dan il-post tal-housing mingħajr ma kellhom ebda titlu.

Il-Pulizija dehru joħorġu oġġetti f’boroż minn din il-binja permezz ta’ lifter li inġieb apposta. U sakemm tlestiet din l-operazzjoni, it-triq inghalqet kompletament.

Prezenti kien hemm ufficjali tal-RIU, kif ukoll mid-Distrett tal-Ħamrun.

S’issa, għadu mhux ċar jekk ġewx arrestati xi persuni. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.