Fi Flushing Meadows fi New York, Serena Williams fetħet l-impenji tagħha fil-US Open b’rebħa f’lejla divertenti u ta’ ċelebrazzjoni . Williams, li se tirtira wara t-tournament, ftit tħabtet biex rebħet f’żewġ sets 6-3 6-3 kontra Danka Kovinic tal-Montenegro. Folla ta ‘madwar 25,000 spettatur attendiet fl-Arthur Ashe Stadium għall-aħħar tournament ta’ prestiġju għal Serena Williams.
Williams, ta’ 40 sena, se tilgħab lit-tieni seed Estonjana Anett Kontaveit fit-tieni rawnd nhar l-Erbgħa. It-23 darba rebbieħa tas-singles tal-Grand Slam, li hija waħda inqas mir-rekord ta’ kull żmien tal-Awstraljana Margaret Court, qed tilgħab ukoll fid-doubles flimkien ma’ oħtha Venus, f’dehra li se żżid element ieħor eċitanti ma’ dak li kulħadd qed jistenna fil-ġranet li ġejjin. Fl-ewwel partita l-għan kien li tegħleb lil Kovinic, klassifikata fit-80 post fid-dinja sabiex l-avventura fl’aħħar US Open tagħha tkompli.
//= $special ?>