Lokali

Tifel ta’ seba’ snin jaqa’ f’bir f’Ħaż-Żabbar

Tifel ta’ seba’ snin ġie salvat mill-Protezzjoni Ċivili wara li għall-ħabta tal-5.30pm waqa’ f’bir f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ f’residenza li tinsab fi Triq il-Kappuċini meta għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa, it-tifel waqa’ f’bir li kien fih ftit ilma.

Fuq il-post immedjatament issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna lit-tifel, fejn minn informazzjoni li għandu Net News, ma sofriex ġrieħi serji. Aktar tard huwa ttieħed l-Isptar għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.