Kull min qed jgħid li l-imġieba tal-Arċisqof Charles Scicluna fil-każ tal-eks Kappillan ta’ Marsaxlokk hija xi forma ta’ tpattija fil-konfront tiegħu, huwa malinn u stupidu.
Dikjarazzjoni li saret mill-Akkademiku u Artikolista Fr Joe Borg hekk kif f’post fuq il-media soċjali tefa’ dawl fuq il-bosta kummenti li qed jintqalu fil-konfront tal-Arċisqof dwar il-każ ta’ Fr Luke Seguna.
Fr Joe Borg qal li kull min jaf lill-Arċisqof jaf li żgur m’għandux qalb ħażina jew huwa pikuż. Anzi jaf kemm ghandu ghal qalbu l-qassisin u lill-membri kollha tal-Knisja u lest li jiddefendihom b’saħħtu kollha.
Fr Joe Borg stqarr li dak kollu li qed jiġri huwa ta’ uġigħ ta’ qalb kbira għall-Arċisqof għax prattikament huwa l-missier mhux biss tal-qasis li qed jiġi akkużat fil-Qorti iżda wkoll tal-Insara kollha li allegatament ġew iffordati u li qed ibatu quddiem il-fatt li qassis tressaq il-Qorti akkużat b’akkużi serji.
Huwa wera wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-fatt l-impjegati fl-amministrazzjoni tal-Kurja għal snin sħaħ ħallew li jinkisru b’mod sfaċċat ir-regolamenti finanzjajri tal-istess Kurja. Fr Joe Borg qal li jkun skandaluż jekk ħadd ma jerfa’ r-responsabbilta għan-nuqqas serju ta’ dmirijietu.
Fr Joe Borg żied jgħid li wieħed irid jistenna l-ġudizzju mill-Qorti u sakemm dan isir m’għandhomx jinxterdu iktar gideb. Qal ukoll li kull bniedem, anke jekk ikun żbalja, xorta għandu dinjità … u l-kummenti kattivi fuq facebook huma għal kollox kundanabbli.
//= $special ?>