It-Tielet avveniment tal-Grand Prix għall-2022 se jsir fl-Italja
Aaron Ciantar, champion tad-dinja għa ħames darbiet tal-Powerboat ħabbar il-parteċipazzjoni tiegħu bħala wild card fil-GP3 li jmiss li se ssir f’Citta di Cervia, l-Italja bejn it-2 u l-4 ta’ Settembru.
Din hija l-ewwel darba li l-fundatur tal-Kampjonati tad-Dinja Voomquest V2 se jkun qed jikkompeti f’Voomquest Grand Prix, wara li ngħataw dħul bħala wildcard. Ciantar ser itellaq bl-isem ta’ Chaudron, u miegħu se jingħaqad Ryan Micallef.
Il-ħiliet ta’ Ciantar se jkunu mħarrġa sew għall-ewwel darba fil-kampjonati li żviluppa hu stess. Ciantar huwa rispettat sew fiċ-ċirkwit tat-tlielaq internazzjonali, ir-reputazzjoni ta’ Ciantar bħala sewwieq u bennej tad-dgħajjes ikkontribwixxa biex Voomquest tkun aċċettata mill-Union International Motonautique biex isir avveniment tal-Kampjonat tad-Dinja.
Jiddebuttaw ukoll fit-tielet Grand Prix tas-sena Warson Motors Racing Team li se jkun misjuq minn Kevin Rey u Thierry Turuvani, u li se jkunu qed jiġru taħt il-bandiera Żvizzera.
B’kollox se jkunu qed jieħdu sehem sitt timijiet, u ftit li xejn hemm dubju li l-leaders attwali tal-Kampjonati El Diablo bis-sewwieqa Clive Butler u Sammy Grima se jkunu qed jissieltu biex iżommu l-ewwel post fil-Kampjonati. Minkejja dan, mistenni jsir dwel interessanti għall-punti tal-kampjonat bejniethom u Interceptor Remax misjuq minn Sam Howes u Michael Xuereb. Għal Chaudron, mhux se jiġu allokati punti tal-kampjonat madankollu mistennija jipproduċu xi tlielaq spettakolari matul tmiem il-ġimgħa.
Din mhix l-ewwel darba li l-Kampjonati tad-Dinja tal-Voomquest seħħu ’il bogħod mill-ibħra Maltin. hekk kif fl-2018 it-timijiet tellqu f’Chioggia u Ischia fl-Italja, u fl-2019, tellqu f’Ragusa.
“Li mmorru lil hinn minn Malta biex intellequ f’ibħra mhux familjari tagħmel il-Voomquest GP saħansitra aktar eċċitanti għat-timijiet tagħna. Minbarra li tipprovdi lit-timijiet tagħna l-opportunità li jtellqu f’ambjent differenti u’ l bogħod minn Malta, tgħina wkoll fit-tentattivi tagħna biex nespandu l-Voomquest fuq livell internazzjonali. Ninsabu eċitati ħafna li ser intellqu mat-timijiet li naħdem mill-qrib magħhom.” Stqarr b’entużjażmu Aaron Ciantar, il-fundatur ta’ Voomquest. “Ikun tajjeb li nerġa’ lura għat-tlielaq, aktar milli nissorvelja l-proċeduri kif nagħmel normalment”.
It-tlielaq se jsiru bejn il Ġimgħa u l-Ħadd 4 ta’ Settembru. Aġġornamenti diretti se jingħataw fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Voomquest.

Timijiet Voomquest Enemed V2 World Championships GP3 – Cervia, Italia
Isem tat-tim: Chaudron
Numru tat-tim: 44
Sewwieq: Aaron Ciantar
Ko-sewwieq: Ryan Micallef
Isem tat-tim: El Diablo
Numru tat-tim: 88
Sewwieq: Clive Butler
Ko-sewwieq: Sammy Grima
Isem tat-tim: Marine Diffusion
Numru tat-tim: 55
Sewwieq: Jesmond Aquilina
Ko-sewwieq: Christian Galea
Isem tat-tim: Cutting Edge
Numru tat-tim: 77
Sewwieq: Stephen Bezzina
Ko-sewwieq: Michael Abela
Isem tat-tim: Interceptor Remax
Numru tat-tim: 19
Sewwieq: Sam Howes
Ko-sewwieq: Michael Xuereb
Isem tat-tim: Warson Motors
Numru tat-tim: 13
Sewwieq: Kevin Rey
Ko-sewwieq: Thierry Turuvani
//= $special ?>