Lokali

“Bżonn li tkun investigata bis-serjetà l-korruzzjoni fi ħdan Transport Malta” – Repubblika

“Hemm bżonn li tkun investigata u jittieħdu l-passi meħtieġa fil-konfront ta’ dawk kollha li mmanipulaw l-oqsma kollha biex jgħaqdu lil dawk qrib tagħhom.”

Kien dan li ntqal fi stqarrija tal-għaqda Repubblika dwar il-korruzzjoni ta’ Transport Malta li nkixfet fl-aħħar jiem.

Huma fakkru li t-tbabis biex wieħed jgħaddi mit-test tas-sewqan huwa biss tnawwir strutturali fl-istutuzzjonijiet tagħna, frott tal-impunità li teżisti f’pajjiżna.

Komplew jgħidu li hu evidenti li l-korruzzjoni daħlet fl-oqsma kollha tal-ħajja tal-pajjiż u saret sors ta’ qliegħ kbir għal klikka ta’ nies. Huwa inkwetanti li qed jissemmew uffiċjali għoljin u partit politiku, donnu wasalna fi stat li apparti li m’hemmx distinzjoni ċara bejn partit u gvern, issa it-tnejn qed iħawdu flimkien biex jaġevolaw l-interessi tagħhom. 

Saħqu li l-poplu għandu dritt li jkun jaf il-verità sħiħa dwar dak li sar u b’hekk jittamaw li jittieħdu l-passi kollha kontra kull min abbuża u ttradixxa l-fiduċja li ngħatatlu fl-uffiċċju tiegħu.