Ryan Giggs qed jiffaċċja l-possibilitá kbira li l-każ tiegħu jinstema’ mill-ġdid wara li ġurija naqset milli tilħaq verdetti fuq akkużi ta’ attakk u kontroll ta’ imġieba ħażina. Giggs, ta’ 48 sena, kien ġie mixli li deliberatament ta daqqa ta’ ras lill-eks partner tiegħu, Kate Greville, u li ta minkeb fil-wiċċ lil oħtha ż-żgħira waqt argument fid-dar tiegħu f’Greater Manchester fl-1 ta’ Novembru 2020.
Huwa kien akkużat ukoll li uża mġiba ħażina u nuqqas ta’ kontroll kontra Greville ta’ 38 sena fuq perjodu ta’ tliet snin mill-2017 sal-2020. L-eks futboler ta’ Manchester United u Wales ċaħad it-tliet akkużi waqt proċess ta’ tliet ġimgħat fil-qorti ta’ Manchester.
11-il ġurat, magħmul minn seba’ nisa u erba’ rġiel, inħeles l-Erbgħa wara li nfurmaw lill-imħallef li ma setgħux jistgħu jaslu għal verdetti wara li ddeliberaw għal kważi 23 siegħa. Ġurat wieħed ġie rilaxxat il-ġimgħa li għaddiet wara li marad.
Giggs ċaqlaq rasu hekk kif il-prim ġurat qal lill-imħallef, Hilary Manley, li ma kien hemm “l-ebda prospett raġonevoli” li jaslu għal verdetti jekk jingħataw aktar ħin. Il-Prosekuzzjoni ingħatat sebat ijiem biex tiddeċiedi jekk tridx li l-kawża tinstema’ mill-ġdid.
Kwalunkwe prova ma kinitx se ssir qabel Ġunju tas-sena d-dieħla. Giggs, l-iktar futboler li rebaħ unuri fil-logħba Ingliża, kien mgħarraf li se jinħeles fuq il-libertà proviżorja tal-pulizija qabel seduta oħra nhar l-Erbgħa li ġej, li fiha se jiġi deċiż jekk hux se jiffaċċja proċess ieħor.
Fil-ġuri ħareġ kif Giggs ġie akkużata li deliberatament ta daqqa ta’ ras lil Greville wara li ta daqqa ta’ minkeb lil oħtha ż-żgħira, Emma Greville, f’wiċċha waqt ġlied fuq mobile. L-inċident seħħ fid-dar li tiswa’ £2.7m ta’ Giggs, li ġabet fi tmiemha relazzjoni ta ‘sitt snin on and off li Greville qalet li saret “infern sħiħ” waqt il-lockdown tal-Covid-19 fl-2020.ż
Greville, li taħdem fil-Relazzjonijiet Pubbliċi, qalet li saret “skjava tiegħu u kellha tagħmel kull ma ried hu” u li Giggs “għamilni nħossni li kelli nagħmel dak li jgħid hu bilfors, inkella kien hemm konsegwenzi”. L-eks manager ta’ Wales saħaq li hu qatt ma kien vjolenti ma’ ebda mara, jew uża mġiba ħażina jew ta’ kontroll kontriha jew kontra oħta. L-avukat tiegħu, Chris Daw QC, qal li l-allegazzjonijiet kienu bbażati fuq “distorsjoni, esaġerazzjoni u gideb”.
//= $special ?>