Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Mikhail Gorbachev, li miet fl-età ta’ 91 sena.
Il-President Gorbachev jibqa’ mfakkar fl-istorja tad-dinja bħala dak li ġab fi tmiemha l-Gwerra l-Bierda propju fil-laqgħa li kienet saret f’Malta fl-1989 bejnu u l-President tal-Amerka George Bush.
Jibqa’ mfakkar ukoll bħala l-persuna kuraġġjuża li fetħet lil dik li kienet l-Unjoni Sovjetika għal riformi kbar li biddlu l-kors tal-istorja tad-dinja u anke li, bħala mexxej dinji li kellu viżjoni għal pajjiżu u għad-dinja, ħadem għall-paċi u għad-demokrazija.
Hu jibqa’ mfakkar ukoll bħala l-persuna kruċjali li fetaħ il-bieb għal Ewropa aktar magħquda u ħielsa.
Dan intqal mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Beppe Fenech Adami f’isem il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>