Il-qawwiet għad-difiża tat-Tajwan għadhom kemm sparaw itiri ta’ twissija biex iwaqqfu numru ta’ drones li kienu għaddejjin minn fuq grupp ta’ gżejjer remoti li jaqgħu taħt l-awtorità tat-Tajwaniżi u li huma wkoll viċin iċ-Ċina.
Din kienet l-ewwel darba li t-Tajwaniżi kienu kostretti li jisparaw tiri ta’ twissija fost it-tensjoni maċ-Ċina – u meta l-Gvern komunista f’Beijing qed jirriserva d-dritt li jieħu lura lit-Tajwan bil-forza f’każ li jqis dan il-pass bħala neċessarju.
Il-Ministeru tad-Difiża tat-Tajwan issa qal li talanqas tlett drones dehru qed itiru lura lejn iċ-Ċina, Dan wara li t-Tajwaniżi, fl-aħħar jiem, ilmentaw dwar il-kwantità tad-drones miċ-Ċina li qed javvċinaw kontinwament lill-imsemmija gżejjer.
It-tensjoni bejn it-Tajwan u ċ-Ċina hi tinsab fl-agħar livell għal ħafna snin wara li Nancy Pelosi, l-iSpeaker tal-Kamra Amerikana tar-Rappreżentanti, għamlet żjara uffiċjali fit-territorju tat-Tajwaniżi aktar kmieni dan ix-xahar.
//= $special ?>

