Internazzjonali

L-ewwel mudella li se tikkompeti fil-finali ta’ Miss England mingħajr makeup

Melisa Raouf, mudella Ingliża ta’ 20 sena ħadet id-deċiżjoni li mill-bidu tal-kompetizzjoni ta’ Miss England qatt ma tagħmel irtokk fuq wiċċha. Liema deċiżjoni niżlet tajjeb kemm mal-pubbliku iżda wkoll mal-ġurija tant li waslet sal-finali.

Issa, Raouf, minkejja li wasslet għall-finali, mhix se tbiddel id-deċiżjoni li kienet ħadet fil-bidu. Fil-fatt, fis-17 t’Ottubru mistennija terġa’ tidher quddiem il-ġurija mingħajr ebda irtokk.

Raouf hi l-ewwel mudella li qatt ikkompiet mingħajr irtokk f’kemm ilha li bdiet din il-kompetizzjoni 94 sena ilu.

Meta ġiet mistoqsiha għaliex ħadet din id-deċiżjoni, hi qalet li tixtieq twassal messaġġ li wieħed għandu jkun komdu bil-makeup u mingħajru u b’hekk tixtieq tispira lil dawk li ma jħossuhomx komdi f’ġisimhom.

Raouf qalet li minn ta’ età żgħira kienet tagħmel l-irtokk hekk kif ma kinitx tħossha komda mingħajru. Iżda issa trid turi li wieħed hu sabiħ bil-makeup jew mingħajru.

Melisa Raouf: London Girl Becomes First Ever Make-Up-Free Contestant in  Miss England's 94-year History