Budget 2023 Ekonomija Lokali

Malta bir-raba’ l-akbar żieda fil-prezzijiet għax-xahar ta’ Awwissu

Wara l-Olanda, l-Belġju u l-Estonja, Malta kellha l-akbar żieda fil-prezzijiet matul ix-xahar ta’ Awwissu. Dan meta wieħed jikkumpara mal-bqija tal-pajjiżi tal-UE.

Il-konferma tasal minn ċifri tal-EUROSTAT li ġew ippubblikati llum.

L-istatistika taż-żidiet fuq xahar, turi li l-prezzijiet f’pajjiżna għolew b’1.1 fil-mija. Pajjiżi bħall-Awstrija, il-Portugall u l-Fillandja kellhom tnaqqis marġinali fil-prezzijiet.

Fuq bażi ta’ sena, l-għoli tal-ħajja f’Malta – dejjem skont il-EUROSTAT – laħħqet il-livell ta’ 7.1 fil-mija. U għalkemm din hija fost l-inqas rati annwali mill-pajjiżi kollha Ewropej, xorta jibqa’ l-fatt li din hija inflazzjoni rekord illi qed tinħass mill-familji u l-anzjani. Speċjalment biż-żidiet tal-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi tal-ikel; żidiet li qed jolqtu l-but ta’ kulħadd.

L-uniku soluzzjoni tal-Gvern quddiem dan kollu kienet li l-konsumaturi għandhom imorru jixtru minn fejn hu l-orħos.

X’taħseb minn din l-istatistika? Kif qed tolqtok l-għoli tal-ħajja? IKKUMMENTA hawn taħt.