Wara avveniment indirizzat mill-Ministru Miriam Dalli, numru ta’ ġurnalisti għamlu wkoll għadd ta mistoqsijiet dwar il-finanzi tal-Gvern, u fosthom dwar il-kontijet tad-dawl.
Mistoqsija jekk hix lesta tagħti garanzija li l-kontijiet tad-dawl mhux se jogħlew fit-tnax-il xahar li ġejjin, il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern “qed jara li jkompli jara s-sitwazzjoni internazzjonalment waqt li fl-istess ħin joffri s-soluzzjonijiet lill-familji”.
Iżda mfakkra dwar il-wegħda li kienet għamlet hi stess seba’ xhur ilu biex in-nies ma jibqghux jinsterqu mill-kontijiet tad-dawl,Dalli qalet li meta ssir il-bidla, imbagħad din titħabbar.
Mistoqsija jekk l-avviż legali li jemendi kif qed jitħaddem il-mekkaniżu tal-kontijiet, Miriam Dalli ammettiet li l-liġi għadha ma nbidlitx imma l-Gven jaħdem bi trasparenza, u kif din tinbidel, titħabbar.
Il-Ministru Dalli qabel l-elezzjoni kienet wegħdet li se tgħaddi liġi biex jinbidel il-mod kif kien qed jitħaddem il-mekkaniżmu tal-kontijiet tad-dawl.
Il-mekkaniżmu kien ġie stabbilit fl-2009, meta Gvern Nazzjonalista kien joħroġ 2 kontijet tad-dawl f’sena.
Iżda meta fl-2013, Gvern ġdid Laburista beda joħroġ kont kull xahrejn, u l-familji Maltin bdew jinsterqu minn units b’irħis. Dan kien konfermat mill-Awditur Generali; sitwazzjoni li f’aktar minn disa’ snin, il-Gvern Laburista baqa’ m’għamel xejn dwarha, sakemm f’Jannar li għadda, Dalli qalet li kienet se tirranġa din l-anomalija.
Iżda f’aktar minn seba’ xhur, il-Gvern ma laħaqx emenda l-legal notice biex il-familji Maltin ma jkomplux jinsterqu l-units b’irħis li huma tagħhom bi dritt. U l-Ministru lanqas ma kommettiet ruħha meta se tkun qed tgħaddi din il-legal notice.
//= $special ?>