Lokali

Missier ta’ żewgt itfal jitlob “ftit ikel kemm jirkupra sal-paga”

“Illum waqt li kont fuq il-post tax-xogħol irċevejt telefonaa li qatt f’ħajti ma stennejta.”

F’post imtellà fuq Facebook, Ray Azzopardi il-Viċi Sindku tal-Belt fetaħ qalbu fuq is-sitwazzjoni li għaddej minnha missier ta’ żewġt itfal, fejn spiċċa jitlob għal għajnuna għaliex m’għandux x’jitma lil uliedu sa ma jaqbad il-paga.

Il-Viċi Sindku tal-Belt qal li se jiprova jkellem xi importaturi u agenti, biex jara x’jistà jakkwista.

Fl-istess post Ray Azzopardi appella lill-pubbliku sabiex jghinu kif jistgħu. “Filwaqt li nifhem li kullħadd għandu il-bżonnijiet tiegħu pero nemmen li xi haġa kullhadd jaffordja jgħin. Allura qed indur fuqek li qed taqra u nitolbok biex jekk tista tghin inkun kuntent anki bi ftit. Għinuni ngħin lil dan il-missier. Ftakar illum kullhadd bżonn xulxin.”