Sport Sport Ieħor

Open tal-Istati Uniti: Nadal jibda b’rebħa fuq Rinky Hijikata

(Ritratt: EPA)

Is-sid numru tlieta Rafael Nadal irkupra fit-tieni set wara li kien tilef l-ewwel set biex għeleb lill-Awstraljan Rinky Hijikata 4-6 6-2 6-3 6-3. Nadal huwa nieqes mil-logħob wara li kellu jirtira mill-Open ta’ Wimbledon minħabba injury.

Fl-Arthur Ashe Stadium Hijikata rebaħ l-ewwel set 4-6 iżda l-esperjenza ta’ Nadal għenet biex jibqa’ ffokat u rebaħ il-kumplament tas-sets 6-2 6-3 6-3 biex issa fit-tieni rawnd jilgħab kontra veteran ieħor, Fabio Fognini.