Futbol Sport

Premier League Ingliż: Chelsea jsofru t-tieni telfa

(Ritratt: EPA)

Fis-St. Mary’s Stadium Southampton rebħu l-konfront kontra t-tim ta’ Chelsea bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals kollha skurjati fl-ewwel taqsima. Kienu Chelsea li fetħu l-iskor permezz ta’ Sterling fit-23 minuta biex mbgħad Lavia skorja l-goal tad-draw fit-28 minuta filwaqt li Armstrong poġġa lil Southampton fil-vantaġġ fil-45 minuta. B’dan ir-riżultat Southampton leħqu lill-istess Chelsea fil-klassifika b’7 puti minn ħames partiti.

Fulham f’darhom għelbu lil Brighton li minn naħa tagħhom ħadu l-ewwel telfa tal-istaġun u tilfu ċ-ċans momentarju li jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Fulham fetħu vantaġġ doppju permezz ta’ Mitrović fit-48 minuta u auto-goal ta’ Lewis Dunk fil-55 minuta biex mbgħad fis-60 minuta Brighton ingħataw penalty u mill-11-il metru Mac Allister għeleb lil Leno għal skor ta’ 2-1.

Il-logħob bejn Crystal Palace u Brentford u Leeds kontra Everton intemmu bl-iskor identiku ta’ 1-1. Kien Zaha li fetaħ l-iskor fid-59 minuta għal Crystal Palace, bil-player Wissa jsalva punt għal Brentford fit-88 minuta.

Fil-logħba l-oħra Everton għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa tal-istaġun fejn sa issa ħadu biss tlett draws u żewġ telfiet. Huma marru fil-vantaġġ fis-17-il minuta minn Anthony Gordon. Leeds ġabu l-iskor indaqs fil-55 minuta b’goal ta’ Luis Sinisterra.

Illum:

20:30

Bournemouth vs Wolves

Arsenal vs Aston Villa

Manchester City vs Nottingham Forest

20:45:

West Ham vs Tottenham Hotspur

21:00:

Liverpool vs Newcastle United

Għada:

21:00:

Leicester City vs Manchester United