L-Enemalta ħabbret il-ħatra tal-Inġinier Ryan Fava bħala Chairperson tal-Bord tad-Diretturi.
L-inġinier Fava iggradwa fl-inġinerija mill-Università ta’ Malta u kompla fl-istudji tiegħu flUniversità ta’ Brunel f’Londra, qabel ma serva bħala inġinier f’diversi kumpaniji privati. L-Inġinier Fava qed iservi għar-raba’ mandat konsekuttiv bħala President tal-Malta Dockers Union wara li ġie elett mill-ħaddiema għall-ewwel darba fl-2014.
L-Inġinier Fava stqarr li huwa konvint mil-kompetenza tal-ħaddiema u l-management li hemm fl-Enemalta. Bħala Inġinier u bħala tradeunionista jħares ‘l quddiem biex jissapportja lit-tim filwaqt jkompli jtejjeb il-kwalita’ tas-servizz lil konsumaturi Maltin u Għawdxin.
L-Enemalta waqt li tixtieq kull suċċess lis-Sur Fava f’din il-kariga, trodd ħajr lill-Inġinier Jonathan Scerri li serva ta’ chairperson qabel il-ħatra tal-Inġinier Fava
//= $special ?>