Il-logħba bejn Sassoulo u Milan intemmet fi drawn ta’ 0-0. Il-Kowċ ta’ Milan Stefano Pioli għamel bidla ta’ ħames plejers mill-aħħar ħarġa li kellhom kontra Bologna. Simon Kjaer irritorna mill-ewwel minuta wara 270 ġurnata waqfa minn injury. Filwaqt li Milan f’ħafna mill-logħob kienu l-aħjar tim fil-ground, Sassuolo lagħbu logħba dixxiplinata u kellhom waqtiet fil-partita li kienu perikolużi. Fit-22 minuta l-goalkeeper ta’ Milan Maignan salva penalty mogħti minn Berardi. Sassuolo tilfu lill-istess Berardi waqt azzjoni li kellu ma’ Hernandez fejn kienet il-bandiera tal-offside li salvat lil istess Hernandez milli jirċievi t-tieni karta safra. Lejn l-aħħar tal-partita Milan lagħbu b’10 players wara li weġġa’ wkoll Florenzi.
Inter minn naħa tagħhom rebħu l-konfront kontra t-tim ta’ Cremonese bl-iskor ta’ 3-1 b’goals ta’ Correa, Barella u Martìnez, filwaqt li Okereke skurja l-goal ta’ Cremonese fid-90 minuta. Inzaghi beda l-partita b’Džeko u Correa minflok Martìnez li kien imserraħ mill-istess Inzaghi u Lukaku li sofra injury fl-aħħar konfront.
Roma ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Monza bi 3-0, b’dopjetta ta’ Dybala fl-ewwel taqsima u goal ta’ Ibañez fil-61 minuta
Illum:
18:30
Sampdoria vs Lazio
Udinese vs Fiorentina
Empoli vs Hellas Verona
20:45
Juventus vs Spezia
Napoli vs Lecce
Għada:
20:45
Atalanta vs Torino
Bologna vs Salernitana
//= $special ?>