Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara inċident ma’ karozza tal-linja

Ingliż ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa sofra minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu kellu inċident ma’ karozza fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u karozza tal-linja misjuqa minn Indjan ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin