GREĊJA………. 25
MALTA………… 6
(8-1), (6-2), (4-1), (7-2)
Kif jindika l-iskor dominju assolut mill-Grecja, finalisti fl-aħħar edizzjoni tal-Olimpijadi f’Tokjo. Mill-partita kontra Kroazja li t-tim Malti tilef 19-5 u mid-draw ta’ 12-12 tal-Greċja kontra Franza, il-fisonomija tal-partita kienet differenti minħabba li l-Greċja riedu l-gowls għal effetti tal-klassifika u dan għamlu b’mod regolari.
Bidu diżastruż għal Malta fl-ewwel sessjoni fejn Grecja skurjaw fuq kull xutt tagħhom lejn Nicky Griscti. L-ewwel sessjoni intemmet 8-1 bil-gowl Malti skorjat minn Matthew Zammet meta kien 6-1. It-tieni sessjoni l-andament baqa’ l-istess għad li mal-10-2 il-gowl Malti wasal minn Ben Plumpton fuq azzjoni ta’ Galea. L-iskor iżda mill-ewwel tela għal 14-2 sa kemm Jeremy Abela skorja għal Malta minn azzjoni ta’ Andreas Galea, liema sessjoni intemmet 14-3 Fit-tielet sessjoni ir-raba’ gowl għal Malta permezz ta’ Matthew Zammit għat-18-4 , riżultat li biħ intemmet is-sessjoni. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni minn penalty Matthew Zammit skorja t-tielet gowl personali għal 18-5 bl-iskor immedjatament wara jsir 20-6 wara li James Gambin minn pass ta’ Dino Zammit naqqas l-iskor.Minn 22-6 il-partita intemmet 25-6
Greċja: P. Tzortzatos, K. Genidounias (5), D. Skoumpakis (2), N. Gkillas (2), S. Argyropoulos (7), A. Papanastasiou (2), G. Dervisis, I. Alafragkis (1), N. Kopeliadis (1), K. Kakaris (1), E. Solanakis (1), A. Vlachopoulos (3), K. Limarakis
Malta: J. Tanti, S. Gialanze, J. Gambin (1), Da. Zammit, M. Zammit (3), B. Plumpton (1), N. Bugelli, J. Abela (1), N. Zammit, B. Cachia, Di. Zammit, N. Grixti
Referees: Radoslaw Koryzna (Polonja), Robert Horvath (Slovakkja)
//= $special ?>