Futbol Sport

Arthur jingħaqad ma’ Liverpool b’self

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Brażiljan Arthur Melo mistenni jasal l-Ingilterra fil-ħin li ġej biex jiffirma kuntratt ta’ sena b’self ma’ Liverpool.

Jurgen Klopp kien sfurzat ifittex midfielder hekk kif minbarra li għandu lil Naby Keita, Thiago u Oxlade-Chamberlain iweġġgħin ilbieraħ kontra Newcastle weġġa wkoll il-captain Jordan Henderson u se jkollu jibqa’ barra għal diversi ġimgħat hekk kif jidher li weġġa l-hamstring.

Arthur, li għandu 26 sena, ingħaqad ma’ Juventus mingħand Barcelona fl-istaġun 2020/21 għas-somma ta’ madwar €76 miljun iżda saba diffiċli biex isib postu regolarment tant li f’żewġ staġuni lagħab biss 42 partita li uħud minnhom beda minn fuq il-bank tas-sostituti.