Lokali

Il-President jappella biex isiru elezzjonijiet demokratiċi

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid żar lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Waqt din il-laqgħa, il-Prim Ministru Libjan enfasizza l-apprezzament tal-poplu Libjan għall-ħbiberija li Malta dejjem uriet lejn pajjiżu. U fakkar ukoll fil-kuntatti b’saħħithom ħafna fil-qasam kummerċjali li żviluppaw matul is-snin.

Il-President Vella minn naħa tiegħu esprima dispjaċir għall-kunflitti vjolenti reċenti li wasslu għat-telfien ta’ ħajjiet ….u esprima t-tama tiegħu li jiġi implimentat proċess demokratiku; fuq kollox permezz taż-żamma ta’ elezzjonijiet. Il-President tenna t-tama tiegħu li jipprevalu d-djalogu u l-istabbiltà fl-interess tal-poplu tal-Libja u tal-istabbiltà fir-reġjun.