Internazzjonali

Jiħraxu l-bumbardamenti qrib l-impjant nuklejari ta’ Zaporizhzhia

Ma qatgħu xejn il-bumbardamenti fuq il-belt Ukrena ta’ Energodar; il-belt illi fiha hemm iċ-ċentru nuklejari ta’ Zaporizhzhia – bumbardamenti li ilhom għaddejin mill-4am.

Kien is-sindku ta’ din il-belt illi wassal dawn l-aġġornamenti b’messaġġ permezz ta’ Telegram. U stqarr li fl-attakki intlaqtu diversi nies ċivili.

Huwa ċar li l-aħħar bumbardamenti qrib Zaporizhzhia ħallew diversi vittmi. Għalkemm il-Kremlin qed jgħid illi l-armata tal-Ukrajna bagħtet numru ta’ suldati biex jaghmlu sabutaġġ tal-impjant nuklejari.

Intant, illum kienu mistennija jaslu f’Zaporizhzhia l-ufficjali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika biex janalizzaw is-sitwazzjoni. Dan hekk kif qed tikber il-biża’ ta’ traġedja nuklejari.