Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kowċ Vincenzo Montella u l-player Mario Balotelli spiċċaw jilletikaw fi tmiem il-partita, ilbieraħ fl-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti, Balotelli ingħaqad mat-tim Svizzeru ta’ FC Sion b’kuntratt ta’ sentejn għal €2.6 miljun.
Tard it-Tnejn filgħaxija, il-kowċ ta’ Adana Demirspor ħalla messaġġ fuq il-media soċjali fejn awgura lil Balotelli fl-esperjenza tiegħu mat-tim Svizzeru. Saħaq li l-argument li kellhom ma jħassar xejn mis-sodisfazzjon li kellhom it-tnejn li huma mat-tim Tork u wegħdu li se jkompli jsegwih fil-karriera tiegħu bħala player għal aktar goals u assists fost l-oħrajn.
It-Tim Tork ta’ Demirspor attwalment jinsab fit-tielet post tal-klassifika b’disa’ punti wara tlett rebħiet u telfa.
Għal Balotelli li għandu 32 sena, il-klabb ta’ FC Sion se jkun il-11-il klabb f’karriera mimlija kontroversji. Ħu beda mal-klabb ta’ Lumezzane u wara segwa mat-timijiet ta’ Inter, Manchester City, Milan, Liverpool, Nice, Marseille, Brescia, Monza u Adana Demirspor.
Montella b’messaġġ fuq il-media soċjali wara t-trasferiment ta’ Balotelli ma’ FC Sion
