Il-Brittaniku Jack Draper ingħaqad ma’ sieħbu Andy Murray fit-tielet round tal-Open tal-Istati Uniti meta b’wirja mill-aqwa għeleb lil Felix Auger-Aliassime 6-4 6-4 6-4.
Minn naħa l-oħra Andy Murray għeleb lil Emilio Nava 5-7, 6-3, 6-1, 6-0 u għadda għal mal-aħħar 32 għall-ewwel darba mill-2016 ‘l hawn
Dan ir-riżultat ifisser li Draper daħal għall-ewwel darba mal-ewwel 50 u issa se jkun qed jilgħab kontra r-Russu Karen Khachanov fit-tielet round filwaqt li Murray jilgħab kontra t-Taljan Merettini.
