Sport Sport Ieħor

Richard Carapaz jirbaħ it-12-il stadju ta’ La Vuelta

Suċċess għall-Kolombjan Richard Carapaz ta’ Ineos Granadiers fit-12-il stadju tat-Tour ta’ Spanja, La Vuelta li għamel it-traġitt f’4 sigħat 38 minuta u 26 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ disa’ sekondi fuq Wilco Kelderman tal-Olanda għal Bora Hansgrohe. Fit-tielet post temm l-Ispanjol Marc Soler ta’ Team Emirates b’distakk ta’ 24 sekonda minn Carapaz.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post jibqa’ Remco Evenepoel tal-Belġju għal Quick Step Alpha Vinyl Team b’total ta’ 44 siegħa 25 minuta u 9 sekondi b’vantaġġ ta’ 2 minuti 41 sekonda fuq is-Sloven Primoz Roglic ta’ Jumbo Visma. Fit-tielet post jinstab l-Ispanjol ta’ Movistar Team,Enric Mas b’distakk minn Evenepoel ta’ 3 minuti 3 sekondi.