Futbol Sport

Serie A: Atalanta jitilgħu jaqsmu l-ewwel post ma’ Roma

(Ritratt: EPA)

Atalanta 3-1 Torino

Atalanta laħqu lil Roma fil-quċċata tal-kalssifika meta fil-Gewiss Stadium għelbu lil Torino 3-1.

Minkejja li Atalanta fl-ewwel taqsima kienu aktar fuq l-offensiva minn Torino, kien biss fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud li fetħu l-iskor. Għal foul ta’ Ola Aina fuq Brandon Soppy, Marco di Bello saffar penalty għal Atalanta. Inkariga minnu Teun Koopmeiners li għeleb lil Vanja Milinkovic Savic. Atalanta fetħu t-tieni taqsima billi rduppjaw wara biss żewġ minuti. Mill-ġdid Koopmeiners li minn pass ta’ Soppy minn barra l-kaxxa għeleb lil Milinkovic Savic.

Reazzjoni minn Torino li fis-77 minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ Nikola Vlasic li minn azzjoni ta’ Pietro Pellegri għeleb lil Juan Musso. Fl-84 minuta foul ta’ Valentino Lazaro fuq Ademola Lookman, di Bello ikkonsulta l-VAR biex mit-tieni penalty tal-ġurnata Teun Koopmeiners għeleb lil Musso bit-tielet gowl personali.

Bologna 1-1 Salernitana

Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima bid-difiżi rispettivi deċiżi li kemm Lukasz Skorupski u Luigi Sepe jibqgħu bi skor intatt. L-aħjar mumenti għal Bologna kienu minn attakki iżolati ta’ Nicola Sansone li fit-52 minuta safa’ ffawljat minn Norbert Gyomber fil-kaxxa. Davide Ghersini, ikkonsulta l-VAR u saffar penalty b’Marko Arnautovic jegħleb lil Luigi Sepe. Żdiedet il-pressjoni minn Salernitana li fit-88 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Boulaye Dia.