Il-media Ingliż qed tirrapporta l-ġrajja traġika ta’ tifel ta’ 14-il sena li nstab mejjet minn ommu stess fil-kamra tiegħu. Dan wara li kien qed jipprova jiffilmja sfida għal fuq TikTok.
Il-każ ta’ Leon Brown seħħ il-ġimgħa li għaddiet, iżda deher fil-media fl-aħħar sigħat meta sar magħruf li Brown kien qed jagħmel l-istess sfida li swiet il-ħajja ta’ Archie Battersbee.
F’kummenti lill-gazzetta Daily Record, omm it-tfajjel irrakkuntat kif kienu sħabu stess li qalulha x’ġara – għaliex huma kienu fuq Facetime miegħu waqt li kien qed jiffilmja l-isfida ta’ TikTok.
//= $special ?>