L-orkestra filarmonika ta’ Malta tħabbar l-avveniment uffiċjali li jimmarka l-ftuħ tal-istaġun tal-kunċerti għal din is-sena bil-mużika ta Holst, li jisimha ‘The Planets’. Dan l-avveniment mimli mużika se jkun immexxi mill-konduttur prinċipali Sergey Smbatyan fil-lukanda tal-Hilton fis-17 ta’ Settembru fit-tmienja ta’ filgħaxija.
Il-kompożitur ta’ din id-diska jiddeskriviha bħalha “a series of mood pictures” fejn turi l-karattru ta’ kull pjaneta li hija allegatament ispirata mill-astrologu Alan Leo. Peress li dan ix-xogħol huwa astroloġiku l-pjaneta tagħna mhix inkluża.
Dan il-kunċert se jieħu l-udjenza fuq vjaġġ spazjali b’kanzunetti folkloristiċi Ingliżi u ispirati bix-xogħol ta’ kompożituri tas-seklu għoxrin fosthom Schoenberg u Stravinsky.
‘The Planets’ jagħmlu parti mill-iskema ta’ sħubija tal-orkestra filarmonika ta’ Malta fejn dawk il-membri leali jistgħu jgawdu minn discounts, affarijiet esklussivi u biljetti għal ċertu kunċerti.
//= $special ?>