Chelsea laħqu ftehim ma’ Barcelona biex jakkwistaw lill-attakkant Pierre Emrick Aubameyang għas-somma ta’ €10 miljun b’Marcos Alonso jissieħeb lill-Katalani bħala parti mit-trasferiment. Intant Chelsea laħqu wkoll ftehim ma’ Juventus għall-akkwist b’self tal-midfielder Denis Zakaria wara biss staġun jilgħab mal-Bianconeri.
Manchester City jakkwistaw lil Manuel Akanji
Manchester City kisbu l-firma tad-difensur ta’ 27 sena Manuel Akanji mingħand Borussia Dortmund għas-somma ta’ €20 miljun bl-Iżvizzeru jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.
Willian u Kurzawa jingħaqdu ma’ Fulham
Fl-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti, Fulham kisbu l-firma ta’ Willian u Layvin Kurzawa li bla dubju se jkunu qed ikomplu jgħinu lit-tim immexxi minn Marco Silva jkomplu bil-bidu mill-aqwa li kellhom fil-Premier League
Bellerin ma’ Barcelona u Maitlan Niles b’self ma’ Southampton
Arsenal laħqu ftehim mad-difensur Hector Bellerin biex il-kuntratt tiegħu ikun terminat biex l-Ispanjol mbagħad ingħaqad ma’ Barcelona. Intant Arsenal selfu wkoll lill-midfiedler ta’ 25 sena Ainsley Maitland Miles lil Southampton sa tmiem l-istaġun.
Manchester United jiksbu lil Dubravka
Manchester United kisbu lill-goalkeeper ta’ Newcastle Martin Dubravka li se jkun qed iservi ta’ kompetizzjoni għall-goalkeeper numru wieħed David de Gea.
Sergino Dest jagħżel lil Milan
Id-difensur Olandiż Sergino Dest issieħeb ma’ Milan b’self sa tmiem l-istaġun bl-għażla li jiffirmaw lil plejer għas-somma ta’ €20 miljun.
Leander Dendoncker isir plejer ta’ Aston Villa
Leander Dendoncker sar plejer ġdid ta’ Aston Villa wara li ħalla lir-rivali Wolves. Villa ħalsu s-somma ta’ €15 miljun għall-Belġjan ta’ 27 sena.
Willy Gnoto jingħaqad ma’ Leeds United
Il-plejer Internazzjonali Taljan Willy Gnoto sar plejer ta’ Leeds United hekk kif huwa ffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-Peacocks. Huwa kien ilu jilgħab ma’ FC Zurich fl-Iżvizzera sa mill-2020 wara li ingħaqad magħhom mingħand Inter.
//= $special ?>