Birkirkara telgħu fl-ewwel post tal-klassifika meta għelbu facilment lit-tim ta’ Sta. Venera 21-0 filwaqt li Birgu tilfu barra minn darhom kontra Birżebbuġa biex issa nafu l-erba’ timijiet li se jilgħabu fil-play-offs. Dawn huma Birkirkara, Birgu, Bormla u Birżebbuġa biex issa fadal biss li jkun determinat min se jispiċċa fl-ewwel post bejn Birgu u Birkirkara meta nhar l-Erbgħa fl-aħħar logħba jilgħabu kontra xulxin.
Mosta għamlu rimonta tajba biex żammew it-tamiet li jibqgħu fit-Tieni Diviżjoni ħajjin meta għelbu lit-tim ta’ Floriana 21-5 biex issa jinsabu l-istess punti daqs Sta. Venera u nhar it-Tlieta ser jilgħabu kontra xulxin għal min iżomm postu fit-Tieni Divizjoni.
Bormla għelbu lit-tim ta’ Thassalejn 21-17 biex aċċertaw ruħhom mit-tielet post.
Iż-żewġ logħbiet l-oħra kienu dawk bejn Tarxien u Żejtun, bit-Tarxieniżi joħorġu rebbieha 21-17 filwaqt li Sta. Lucia barra minn darom għelbu lit-tim ta’ Cospicua Rangers 21-19.
