Ġermaniż ta’ 66 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq.
Għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà u kien qed jingħata l-assistenza fuq il-post minn membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar.
Huma baqgħu jassitu sakemm wasal tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara huwa ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta mmexxija millMaġistrat tal-Għassa Leonard Caruana.
//= $special ?>