Sport Sport Ieħor

Clayton Castaldi champion ta’ Malta tal-kampjonat Nazzjonali tal-Blackball

Clayton Castaldi għeleb lil Ivan Rizzo 10-7 biex sar ic-champion Nazzjonali tal-Blackball 2022. Il-finali, li ntlagħbet fil-Juventus Club Cuore Bianconero f’Birkirkara, kienet waħda missielta għall-aħħar biż-żewġ plejers jibqgħu jiġru wara xulxin speċjalment fl-ewwel 11-il frame.

Ivan Rizzo ‘is-Six’ kellu bidu tajjeb meta rebaħ l-ewwel żewġ frames iżda Castaldi baqa ffokat u ġab id-draw fiż-żewġ frams ta’ wara. Iż-żewġ plejers baqgħu viċin u għalkemm Rizzo fit-tliet frames ta’ wara baqa’ minn fuq Castaldi baqa’ jġib id-draw sakemm għall-ewwel darba fil-logħba ħa vataġġ ta’ 5-4.

Rizzo rebaħ il-frame ta’ wara u l-iskor reġa ġie ndaqs iżda minn dak il-ħin Clayton Castaldi rebaħ erba’ frames konsekuttivi u ġie 9-5 minn fuq. Rizzo għamel reazjoni u rnexxielu jirbaħ żewġ frames oħra iżda Castaldi rebaħ il-frame li kellu bżonn biex sar champion ta’ Malta tal-Balckball 2022.