Lokali

Dgħajsa bl-immigranti ssejjaħ lill-awtoritajiet Maltin għall-għajnuna

Spiċċa misteru l-każ ta’ 80 immigrant li fl-aħħar sigħat talbu l-assistenza tal-awtoritajiet Maltin minħabba li sabu ruħhom f’diffikultà f’nofs ta’ baħar.

L-organizzazjoni Alarm Phone qed tgħid li qraba ta’ dawn l-immigranti ma setgħux jagħmlu kuntatt magħhom. U l-Gvern Malti qed jinjora kull talba li qed issir għall-informazzjoni.

Fuq Twitter, Alarm Phone qalet li l-eżitu ta’ dawn l-immigranti qed ikun trattat qisu “sigriet tal-istat”.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-AFM fl-aħħar sigħat waslulha diversi sejħiet għall-għajnuna, iżda mhux ċar jekk kienx hemm immigranti li ġew interċettati u salvati. Oħrajn qalulna wkoll li l-uffiċjali tad-detenzjoni kienu qed jistennew il-wasla ta’ numru ta’ immigranti – xi ħaġa li ma ġietx konfermata minn naħa tal-Gvern.