Lokali

Għawdex se jiċċelebra l-Pride March għall-ewwel darba

Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, Għawdex se jkun qed jiċċelebra l-Pride Week permezz ta’ Pride March se jsir is-Sibt filgħaxija fir-Rabat Għawdex.

Imbagħad, fil-ġranet ta’ wara mistennija numru ta’ attivitajiet varji li jorbtu mat-tema ta’ din is-sena ‘Live Your Truth’, fosthom Open Mic Night, konferenzi u diskussjonijiet.

Il-Pride Week se tkun qed tiġi fi tmiemha permezz ta’ Pride March fil-Belt Valletta segwit b’kunċert biswit Pjazza Tritoni. U l-għada, dgħajjes tal-pass se jkunu qed jinġabru biex iduru mal-Port il-Kbir.

Il-President ta’ Allied Rainbow Communities, Clayton Mercieca wassal messaġġ lil dawk kollha li għadhom ma jħossuhomx mhux daqstant komdi f’ġisimhom stess.

Pajjiżna qed jibda jħejji biex is-sena d-dieħla jilqa’ l-Europride propju fil-Belt Kapitali tagħna… Europride li se ssir bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru tal-2023.