Ma taqta’ xejn is-sejħa biex wieħed jagħti d-demm.
U fil-ġimgħa fejn qed tkun iċċelebrata il-Pride Week ħarġet l-aħbar li issa kull persuna tista’ tagħti d-demm mingħajr problemi.
Dan kollu se jkun jista’ jsir wara li ġie installat apparat ġdid li se jkun qiegħed iwettaq testjar magħruf bħala Nucleic acid testing (NAT).
Net News tkellem ma’ Monique Debattista, id-Direttur taċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm f’pajjiżna illi tkellmet magħna fuq il-ħtieġa li wieħed imur jagħti d-demm.
Fl-aħħar sena pajjiżna ra 16,500 donatur tad-demm, b’1,200 persuna minn dan l-ammont jagħmlu dan għall-ewwel darba.
Bħalissa qed tissokta s-sejħa minhabba in-nuqqas kbir ta’ demm tat-tip O positive u A positive u ġie sostnut l-appell biex min għandu dan it-tip tad-demm imur jagħti l-għotja tad-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ kuljum bejn it-8am u s-6pm.
//= $special ?>