Il-Malta Rugby Football Union organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali. Is-Segretarju Ġenerali Rhona Xerri indirizzat il-laqgħa b’rapport li jagħti dettalji dwar il-miżuri li ttieħdu dan l-istaġun. L-Aġent President, George Zammit Montebello ippreżenta l-pjan li sar waqt staġun diffiċli minħabba l-Covid-19 sabiex l-assoċċjazzjoni tibqa’ għaddeja.
Mike Borg ippreżenta l-kontijiet awditjati u ddiskuta wkoll l-isfidi li ltaqgħet magħha l-assoċċjazzjoni minħabba dħul baxx minħabba nuqqas ta’ sponsorships.
Wara l-preżentazzjoni tar-rapporti, ġie elett il-kumitat il-ġdid, b’Robert Portelli jinħatar President filwaqt li Rhona Xerri se tkun Viċi President. Audrey Vella inħatret Segretarju Ġenerali, Rose Marie Zammit bħala Teżorier, Martina Falzon bħala PRO u Andrew Camilleri se jkun Business Development Manager.
Il-kumitat se jkun mgħejjun ukoll minn numru ta’ sotto-kumitati ppreseduti minn George Zammit Montebello, Chris Cachia, Albert Galea, u Tony Sammut.
//= $special ?>