L-artisti f’pajjiżna se jkollhom l-opportunità li jesperjenzaw l-ewwel simpożju tal-arti li qatt sar f’pajjiżna hekk kif se jkollok iċ-ċans li jiddiskutu dan is-settur tant għal qalbhom.
Il-Kunsill Malti għall-Arti ħaseb biex bejn is-26 u s-27 t’Ottubru fit-teatru tal-Valletta Campus jagħti spazju miftuħ għal dawk l-artisti kollha li jixtiequ jiddiskutu fejn wasal is-settur tal-arti u dak li għad irid isir.
Dan is-simpożju se jkollu tliet temi; id-drittijiet kulturali, l-iżvilupp sostenibbli tas-settur u l-istat tal-artisti.
Imbagħad, fix-xhur ta’ wara, il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun impenjat biex jevalwa dak li ħareġ mis-simpożju u jippublika l-konklużjonijiet bil-għan li s-settur jingħata spinta ‘l quddiem.