Li taqta’ aktar minn miljun ewro mill-Budget tal-Università mhix soluzzjoni. U l-cost-cutting tal-Gvern għadu jiġi minn nefqiet bl-addoċċ li qed isiru fil-persons of trust u f’direct orders.
Dan huwa s-sentiment espress fl-editorjal ta’ The Malta Independent illi janalizza dawk li għandhom ikunu l-prijoritajiet għall-Budget li jmiss. Bl-editur ifakkar f’dak li qalet il-Ministru Miriam Dalli din il-ġimgħa, meta stqarret li l-Gvern se jibqa’ jinvesti fin-nies – għalkemm il-mossa li jinqata’ l-budget tal-edukazzjoni, uriet kompletament l-oppost ta’ dan.
L-editur ifakkar kif il-Maltin qed jaffaċjaw piż kbir bl-għoli tal-ħajja, il-Gvern għandu deficit enormi, filwaqt li għad hemm kwistjonijiet kbar pendenti – bħas-sitwazzjoni tal-AirMalta. Dawn huma uħud mill-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati b’urġenza fil-Budget li jmiss.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech fl-aħħar ġimgħat diġa’ stqarr li l-Budget għandu jiffoka fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies. U insista li huwa biss permezz tal-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ xogħol u pagi aħjar li nistgħu nibdew nindirizzaw bħala pajjiż l-isfidi marbuta mal-inflazzjoni.
//= $special ?>