L-Assoċjazzjoni Maltija tat-tobba tal-għajnejn tinsab imħassba dwar l-operazzjonijiet tal-katarretti li qed jispiċċaw jitħassru minħabba li f’Mater Dei mhux qed ikun hemm l-għodda kollha neċessarja għal dawn it-tip ta’ interventi.
Fi stqarrija, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Oftalmologi Mario Vella qal li din is-sitwazzjoni ilha għaddejja minn Mejju. U qed twassal biex ċerui operazzjonijiet tal-katarrett jitħassru.
Skont it-tobba tal-għajnejn, dan qed jiġri “fuq bażi regolari” għaliex m’hemmx dawk li jissejħu ‘intraocular lens power’ u anke ‘operating packs’.
It-tobba qed jagħmlu pressjoni biex tinstab soluzzjoni ħalli jibqa’ jiġi offrut l-aqwa servizz f’Mater Dei mid-Dipartiment tal-Oftolmoloġija.