Futbol Sport

Titħabbar il-mewt tal-eks goalkeeper ta’ Ħamrun Spartans Jimmy Gatt

(Ritratt: Joseph Galea)

Tħabbret il-mewt tal-eks goalkeeper ta’ Hamrun Spartans Jimmy Gatt fl-eta ta’ 77sena.

Gatt beda l-karriera tiegħu ta’ eta’ żgħira ma’ Ħamrun Spartans u ta’ 18-il sena Melita Eagles, tim ibbażat f’Sydney l-Awstralja waqt li kellhom xi scouts f’Malta, kienu impressjonati b’Gatt tant li offrewlu kuntratt. Huwa dam fl-Awstralja għal erba’ staġuni.

Gatt irritorna Malta ma’ Ħamrun Spartans u bla dubju li partita li jibqa’ msemmi għalija hija l-finali tal-Christmas Cup kontra Sliema Wanderers fl-istaġun 1968/69. Dakinhar, erbat ijiem wara li Jimmy Gatt għamel l-operazzjoni tal-appendiċite, u bi Sliema jkunu żgur aktar kwotati minn Ħamrun, huwa kien għamel logħba kbira u s-saves tiegħu, inkluż ta’ żewġ penalties żammew lil Ħamrun fil-logħba sal-ħin barrani qabel ma’ mbagħad qalgħu il-goal ta’ 3-2.

Gatt kellu esperjenza qasira ta’ 6 xhur ma’ Vittoriosa Stars qabel ma’ reġa rritorna u spiċċa l-karriera mal-Ispartans.

Jimmy Gatt jilqa’ wieħed miż-żewġ penalties mogħti minn Vince Vassallo fil-finali tal-Christmas Cup bejn Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers

(Ritratt: Malta and International Football Collection)