Malta 8
Franza 15
It-tim Nazzjonali Malti tal-Waterpolo sofra t-tielet telfa tiegħu fil-Kampjonati Ewropej meta tilef bl-iskor ta’ 15-8 kontra Franza. Bla dubju li din kienet l-aħjar wirja minn tlieta għal Maltin fejn l-aktar li kienu viċin tal-avversarji kien fl-ewwel sessjoni li spiċċat 1-1 u fit-tmiem it-tielet sessjoni meta l-iskor kien dak ta’ 8-7 għal Franċiżi.
Fir-raba’ sessjoni iżda Franza ssuperat lil Malta u rebħet is-sessjoni 7-1 għal skor finali ta’ 15-8.
Il-goals għal Malta waslu minn żewġ goals kull wieħed tal-captain Matthew Zammit, Ben Plumpton u Dino Zammit u goal kull wieħed ta’ Liam Galea u Sam Gialanze.
Fil-partita li jmiss Malta tilgħab kontra s-Slovenja nhar il-Ħadd li ġej
//= $special ?>