L-għaqda BirdLife Malta qed tirrapporta kif dan il-fjamingu (ritratt) inġabar mill-baħar qrib il-kosta ta’ Għawdex. Dan wara li spiċċa intlaqat minn tiri.
BirdLife qed tgħid li dan il-fjamingu hu vittma ta’ kaċċa illegali, u huwa t-tielet għasfur li nġabar mill-bidu tal-istaġun tal-kaċċa fil-Ħarifa.
L-istaġun fetaħ nhar il-Ħamis li għadda.
Membri ta’ BirdLife qalu li t-tajra hija feruta gravi, u dan l-għasfur protett ingħata assistenza immedjata minn veterinarji. Il-fjamingu inġabar minn sajjied li kien fiz-zona.
//= $special ?>