Futbol Sport

Għajnsielem jiftħu l-istaġun bir-rebħ tal-GFA Super Cup

Għajnsielem huma r-rebbieħa tal-GFA Super Cup hekk kif huma għelbu 4-2 lil Nadur Youngsters.

Il-logħba bdiet pjuttost bilanċjata, b’Għajnsielem imorru fil-vantaġġ minn gowl ta’ Patrick Dos Santos Cruz fit-2 minuta, li għalih irrisponda Joseph Zammit fil-25 minuta. Għajnsielem reġgħu marru fil-vantaġġ fil-45 minuta, minn gowl ta’ Daniel Farrugia

Fis-67 minuta, it-tkeċċija ta’ Manwel Tabone għal Nadur Youngsters bidlet il-logħba u mill-penalty skurjat minn Patrick Dos Santos Cruz, Ghajnsielem kabbru l-vantaġġ għal 3-1.

Fit-72 minuta, Marcelo Barbosa naqqas l-iskor iżda Shaun Attard issiġilla l-logħba fl-aħħar sekondi, meta skurja l-4-2 favur Ghajnsielem.