Futbol Sport

Goal ta’ Kevin Tulimieri jagħti tliet punti lil Birkirkara

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rowen Camilleri

BIRKIRKARA………….1

FLORIANA…………….0

Birkirkara: G. Nava, E. Pepe, D. Pires (D. Ribeiro 83’), A. Da Paixao, Y. Yankam, K. Zammit (O. Iorio 46’), C. Attard, N. Micallef (P. Mbong 58’), E. Cabrera (F. Falcone 58’), A. Coppola, K. Tulimieri (A. Camilleri 90+3)

Floriana: G. Kitanov, A. M. Overend, C. Rutjens, O. El Hasni, A.Ciolacu, M. Garcia, C. Z. Lonardelli, L. Trillo, E. Callegari (M. Veselji 77’), J. Busuttil (J. Scicluna 68’), E. Hershkovic (K. Reid 60’)

Imwissija: K. Zammit 14’, N. Micallef 32’ (B), E. Hershkovic 25’, J. Busuttil 66’ (F)

Skorja: K. Tulimieri 75’ (B)

Referee: Matthew Degabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri

Il-Mument Plejer tal-logħba: Paul Mbong (Birkirkara)

Fil-konfront tal-ġimgħa bejn Birkirkara u Floriana, kien it-tim immexxi minn Giovanni Tedesco li ħa t-tliet punti hekk kif goal kwarta mit-tmiem ta’ Kevin Tulimieri kien biżejjed biex l-Istripes jagħmluhom tlieta minn tlieta u jibqgħu fl-ewwel post tal-klassifika.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet eżatt mal-kwarta logħob minn kross ta’ Cain Attard, li għalkemm ma’ kienx preċiż xorta waħda ħoloq periklu hekk kif il-ballun ħarab minn idejn Kitanov u fortunatament għal-Furjaniżi baqa’ sejjer f’korner. Bil-logħba għal ħinijiet tkun nieqsa minn azzjonijiet perikolużi, fit-33 minuta Jan Busuttil jgħaddi pass inteliġenti lejn Hershkovic li sab ruħu wiċċ imb wiċċ ma’ Nava bil-goalkeeper Taljan iwettaq save importanti b’siequ. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima Birkirkara fl-attakk bil-kross ta’ Tulimieri jsib tajjeb ħafna lil De Paixao li se jikkonkludi iżda għażel li jipprova jqassam lejn Cabrera iżda d-difensur El Hasni kien fil-ħin u tajjar il-periklu. Tmiem l-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr goals.

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Ħames minuti mill-bidu tat-tieni taqsima reġa kien Jan Busuttil li f’azzjoni simili ta’ dik fl-ewwel taqsima ra lil Heshkovich jiżmarka ruħu u tah pass preċiż iżda l-Iżraeljan spara barra. Tliet minuti wara ċans tad-deheb għal Birkirkara meta kien Garcia li f’tentattiv li jtajjar xellef il-ballun u ġab lil De Paixao waħdu mal-goalkeeper iżda Kitanov dawwar il-konklużjoni tal-Brażiljan f’korner. Wara li għal ħin twil il-partita kienet kwieta, fil-75 minuta Birkirkara marru fil-vantaġġ meta kien Paul Mbong li mix-xellug tefa’ kross fil-baxx li Falcone ma’ laħaqx, bil-ballun jasal għand KEVIN TULIMIERI li wara li kkontrolla, bix-xellug tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka. Minuta wara fuq in-naħa l-oħra Reid jirnexxielu jidħol fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu jaħbat mal-ġenb tax-xibka. Fil-81 minuta reġa kien Mbong li daħal fil-kaxxa avversarja u minn qagħda angolata prova x-xutt, b’Kitanov jilqa’ għal darba darbtejn mgħejjun anke mill-wieqfa. It-tentattivi ta’ Floriana kienu kollha għal xejn u t-tliet punti jieħduhom Birkirkara.