Hekk kif l-Gvern Russu qiegħed jkompli juża l-impjant nukleari ta’ Zaporizhzhia bħala ballun politiku fl-invażjoni tiegħu tal-Ukrajna, aktar kmieni s-Sibt waslu l-ispetturi mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika sabiex jissorveljaw jekk dan l-impjant għadux sigur.
L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika hija imdorrija tagħmel sorveljanzi f’siti perikolużi bħad-diżastru ta’ Fukushima fil-Ġappun u l-programm nuklejari tal-Iran. Madankollu l-Aġenzija stqarret li l-missjoni tagħha fl-Ukrajna se tkun l-aktar missjoni perikoluża li qatt saret.
Meta mistoqsija dwar ir-raġuni għala l-Aġenzija qiegħda tipparteċipa f’din l-missjoni, saħqet li huwa ferm importanti li l-Ukrajna, l-Ewropa u d-dinja ma terġax tgħaddi minn diżastru nukleari ieħor bħal dak ta’ Chernobyle.
L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika saħqet li ma tistax tipprovdi s-sigurta tal-impjant iżda tista’ biss toffri rakomandazzjonijiet kif jista’ jkun iktar sigur… xi ħaġa li hija ferm diffiċli waqt li għaddejja gwerra.
Intant fuq skala militari l-armata Ukrena qiegħda tkompli tiddikjara li qed jirnexxielha tkisser id-difiża li poġġiet r-Russja madwar Kherson. Il-Belt ta’ Kherson kienet l-ewwel belt li waqgħet f’idejn ir-Russi meta bdiet l-invażjoni Russa, hekk kif tinsab biss pass ‘il bogħod mill-Krimeea.
Madankollu l-armata Ukrena issa bdiet terġa’ tikseb lura l-artijiet lejn il-belt, bl-armata Ukrena tiddikjara l qiegħda tfarrak il-fortifikazzjonijiet li bniet ir-Russja.
Diversi esperti militari stqarru li l-armata Ukrena trid iżżid l-agressivita tagħha u tikseb lura aktar art, hekk kif f’Novembru huwa mistenni li l-invażjoni tar-Russja tibda tistaġna minħabba x-xitwa kiefra fir-reġjun.
//= $special ?>