Qed ikompli jikber it-tħassib fost bosta esperti Ewropej dwar ix-xitwa li mistennija tolqot il-pajjiż u sussegwentament in-nuqqas ta’ enerġija vijabbli għall-Ewropa. Dan hekk kif ir-Russja ddikjarat li wieħed mill-akbar pipelines tal-gass lejn l-Ewropa, ‘Nord Stream 1’ mhux se jerġa’ jinfetah wara li aktar kmieni din il-ġimgħa ingħalaq ħabba manutenzjoni li kienet qed issir.
Ir-Russja qed tinsisti li dan il-pipeline għalissa ma jistax jerġa’ jinfetah minħabba li hemm xi leakage f’dan il-pipline tal-gass.
Madankollu Siemens Energy, kumpanija li tipprovdi l-enerġija għall-Ewropa, stqarret li sabiex jissewa dan il-leakage ma kellux għalfejn jitwaqqaf l-għoti tal-gass mir-Ressja lejn l-Ewropa.
Dawn l-azzjonijiet mill-Kremlin qed ikomplu jżidu l-pressjoni fuq l-Unjoni Ewropeja hekk kif l-Ewropa issa mhux talli qiegħda tara żieda tremenda fl-għoli tal-ħajja iżda issa saħansitra ma tistax tiggarantixxi li ċ-ċittadini Ewropej se jkollhom biżżejjed gass għax-xitwa li ġejja.
Diversi kelliema f’isem l-Unjoni Ewropeja u l-Istati Uniti stqarru li Putin qiegħed juri biċ-ċar li qed juża l-kunsija tal-gass bħala arma ekonomika u li saħansitra qiegħed jwaqqaf il-gass lejn l-Ewropa sabiex ikisser l-ekonomija tal-Ewropa.
Madankollu l-President għall Kunsill tal-Ewropa Charles Michel stqarr li din l-agressjoni ekonomika mhix se taffettwa d-diterminazzjoni tal-Ewropa li tkompli timponi sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-invażjoni tagħha fl-Ukrajna.
//= $special ?>