Il-Kamra tal-Kummerċ titfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha s-suq tax-xogħol ta’ pajjiżna…. riżultat ta’ impjieg eċċessiv fis-settur pubbliku, sistema edukattiva li qed taqa’ lura, proċeduri ta’ reklutaġġ għall-ħaddiema ġejjin minn pajjiżi barranin li jinkoraġġixxu prattiċi abusivi u nuqqas ta’ ħaddiema barranin speċjalizzati. B’dawn in-nuqqasjiet, kollha kienu hemm qabel ma faqqgħet il-pandemdija tal-Covid u l-gwerra fl-Ukrajna.
Fi stqarrija fejn il-Kamra tal-Kummerċ tat ir-rakkomdazzjoni tagħha għall-Budget tas-sena d-dieħla, qalet li tinsab imħassba dwar l-inflazzjoni fil-pagi karatterizzata minn numru ta’ reviżjoniji fil-pagi tal-ħaddiema tas-settur privat. Din taf twassal sabiex il-kompetittivita fis-swieq internazzjonali tibda tinaqqar ftit ftit iżda wkoll jkun hemm impatt b’mod negattiv fuq dawk li għandhom dħul iktar baxx minħabba li se jkun qed jaffaċċjaw żieda fis-servizzi.
Quddiem dawn l-isfidi kollha l-Kamra tal-Kummerċ qed toffri numru ta’ proposti lill-Gvern bil-għan li jiġu implimentati fil-Budget li se jitressaq ftit tal-ġimgħat oħra.
Il-Kamra qed tipproponi li jsir eżerċizzju ta’ awdittjar indipendenti sabiex ikunu magħrufa l-ħiliet tal-ħaddiema li preżentament jaħdmu fis-settur pubbliku… u fejn hemm ħaddiema żejda, dawn jiġu ingaġġati mas-settur privat. Apparti dan għandu jkun evitat li persuni li jaħdmu fuq bażi full-time fis-settur privat, ikunu impjegati wkoll fis-settur pubbliku.
Huwa fatt magħruf li numru ta’ negozji u industriji ma jistgħux ikampaw mingħajr ma jingaġġaw ħaddiema barranin. Bil-Kamra tal-Kummerċ tirrikonoxxi l-fatt li dawn il-ħaddiema waħedhom ma jistgħux jkunu s-soluzzjoni għan-nuqqas ta’ ħaddiema f’pajjiżna.
Għalhekk għandu jkun assigurat li hekk kif ħaddiem barrani jkun impjegat f’pajjiżna, għandu jkollu aċċess għal suq tax-xogħol ħieles. Apparti hekk għandha tkun indirizzata l-kwistjoni tad-dewmien tal-visas filwaqt li tkun addattata sistema aħjar ta’ infurzar ta’ sanzjonijiet partikolarment fir-rigward ta’ barranin li jabbużaw mil-liġi.
F’dak li jirrigwardja l-inċentivi ta’ xogħol, il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi li tkun introdotta skema fejn residenzi jkunu jistgħu japplikaw għal tnaqqis fit-taxxi fuq irċevuti fiskali relatati ma’ innovar tad-djar u manutenzjoni fost l-oħrajn. Dan sabiex jitnaqqas l-abbuż ta’ xgħolijiet li ma jkunux dikjarati. Għandu jkun assigurat wkoll li ħaddiema li jikkwalifikaw għall-pensjoni qabel l-età tal-irtirar, ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu fuq bażi part time u xorta jibqgħu ieħdu l-pensjoni.
//= $special ?>