“Il-Gvern Russu qed juri nuqqas ta’ rispett kbir lejn wieħed mill-aktar mexxejja importanti fl-istorja sabiex jaħbi il-passat ta’ ħbiberija bejn id-dinja tal-Punent u r-Russja”.
Hekk stqarru diversi esperti u kelliema internazzjonali, hekk kif Mikhail Gorbachev, l-eks mexxej Sovjetiku li miet aktar kmieni din il-ġimgħa, indifen mingħajr ma’ inghata funeral statali…u mingħajr rikonoxximent mill-Kremlin.
Ħafna qalu li l-libertajiet kollha li ħadem għalihom Garbachev waqt li kien Mexxej tal-eks Unjoni Sovjetika, qiegħdin jispiċċaw fix-xejn bl-azzjonijiet u l-ambizzjonijiet ta’ Putin.
Infatti, esperti politiċi insistew illi ma’ jinsabu xejn sorpriżi li Gorbachev indifen mingħajr ebda rikonoxximent, hekk kif għal Putin dan huwa r-raġel li kisser l-eks Unjoni Sovjetika.
Il-funeral sar fit-8 am, u ma kien imxandar fuq ebda stazzjon televiziv. Anke r-rapportagg tiegħu kien wieħed limitat immens.
Din mhix l-ewwel darba li Putin wera nuqqas ta’ rispett lejn l-eks mexxej Sovjetiku. U sa mill-ewwel ġurnata tat-tmexxija tiegħu Putin malajr beda jmur kontra l-libertajiet li bena Gorbachev hekk kif malajr neħħa ħafna mill-liġijiet liberali …u mill-ġdid beda jibni mill-ġdid l-influwenza Sovjetika li kienet tiddomina b’sahha qabel is-snin Disgħin.
//= $special ?>