Futbol Sport

Juventus jieħdu biss punt f’wirja fqira kontra Fiorentina

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Artemio Franchi Fiorentina u Juventus spiċċaw fi draw ta’ 1-1 hekk kif din kienet ir-raba’ darba konsekuttiva li l-Bianconeri ma’ rnexxilhomx jirbħu f’Firenze. Iż-żewġ goals waslu fl-ewwel nofs sigħa tal-partita bi Fiorentina jfallu penalty fl-44 minuta mogħti minn Luka Jovic.

Kien l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus Arkadiusz Milik li fetaħ l-iskor wara disgħa minuti hekk kif minn kross tal-plejer laterali Filip Kostic, il-Pollakk kompla ġewwa. Il-viola riedu jagħtu risposta minnufih u dan irnexxilhom jagħmluh hekk kif wara nofs sigħa logħob kien Christian Kouame li irnexxielu jegħleb lill-goalkeeper Mattia Perin hekk kif sab ruħu quddiem il-lasta minn pass ta’ Riccardo Sottil. Fiorentina kellhom opportunita li jmorru min fuq ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima wara li r-referee Daniele Doveri saffar penalty konta l-Bianconeri meta l-akkwist il-ġdid Leandro Paredes mess il-ballun b’idu fil-kaxxa ż-żgħira. Madankollu il-goalkeeper Mattia Perin irnexxielu kemm kemm imiss il-ballun sabiex iħabbtu mal-wieqfa.

Fit-tieni taqsima rajna logħba differenti minn dik ta’ l-ewwel taqsima hekk kif l-ebda tim ma rnexxielu jsib ix-xibka sabiex jikseb il-vantaġġ fuq l-avversarju. Kienet taqsima fejn rajna ħafna xuttijiet minn bara l-kaxxa l-kbria u krosses mil-bogħod. B’dan ir-riżultat diżappuntanti, Juventus kisbu it-tielet draw konsekuttiv filwaqt li Fiorentina rebħu punt kruċjali wara t-tellfa tal-logħba li għaddiet kontra Udinese.